Skambju ta’ Dekorazzjonijiet

Din is-sena t-tfal tal-Ħames u s-Sitt klassi kellhom l-opportunita’ li jiġu esposti għal tradizzjonijiet kemmxejn differenti. Dan għaliex sar skambju ta’ dekorazzjonijiet tal-Milied ma’ tfal fi skola f’Poznan, il- Polonja.

Kemm it-tfal tagħna kif ukoll dawk fil-Polonja ħadmu qatiegħ mal-għalliema tal-arti tagħhom sabiex jagħmlu dawn ix-xogħlijiet li mbagħad ntagħżlu għaxra minnhom sabiex seta’ jseħħ l-iskambju. Din kienet opportunita’ unika għat-tfal tagħna biex jesebixxu x-xogħlijiet tagħhom fi skola li tinsab ‘il bogħod minn gżiritna.

Huwa sabiħ li t-tfal ikunu mħeġġin jaħdmu fuq proġetti bħal dawn, mhux biss għall-iżvilupp artistiku tagħhom imma wkoll biex ikunu kapaċi jkunu miftuħin għal kulturi ġodda u b’hekk jitgħallmu jkunu aktar tolleranti lejn kulturi li mhumiex daqshekk familjari magħna.

Ms Maria Cutajar
Għalliema tal-Arti, Drama u Mużika

Mill-Iskola Tagħna:

Mill-Iskola ġewwa l-Polonja

Willing to be part of TNS?

As a school with a BIG HEART, we always welcome new pupils and parents with a smile and a warm heart!
 

Learn More
X