Seħer l-Istejjer

Din is-sena fl-iskola tagħna bdejna s-sessjonijiet ta’ Seħer l-Istejjer ipprovduti mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Irridu ngħidu wkoll li l-iskola tagħna hija l-ewwel skola tal-Knisja li qed tingħata dan is-servizz. Dawn is-sessjonijiet qed jingħataw lit-tfal tal-Ewwel Sena ta’ Sr Rita Gauci u Ms Alison Axisa u tat-Tieni Sena ta’ Ms Alexia Morcelet u Ms Claire Xerri flimkien mal-ġenituri tagħhom. S’issa diġa saret l-ewwel sessjoni minn sitta, maż-żewġ klassijiet tal-Ewwel Sena. L-ewwel storja li nqrat lit-tfal hija “Borma Minestra” ta’ Trevor Żahra.

Willing to be part of TNS?

As a school with a BIG HEART, we always welcome new pupils and parents with a smile and a warm heart!
 

Learn More
X