Kotba ġodda għal-librerija

Sa mill-bidu tas-Sena Skolastika 2018-2019 bdejna naħdmu biex intejbu l-litteriżmu fil-lingwa materna tal-maġġoranza tal-istudenti, il-Malti, lingwa li lilna tagħtina identità u li maż-żmien indunajna li konna qed nagħtu inqas kas l-importanza kbira tagħha.

Minn kmieni bdejna nixtru kotba ġodda u riżorsi biex intejbu s-servizz tal-librerija. Il-flus li nġabru mill-Grupp għall-Ambjent għenu biex jittaffew ftit mill-ispejjeż, u ta’ dan nixtieq minn qalbi nirringrazzja lil dan il-grupp, li meta urejthom ix-xewqa li l-flus jintefqu għal dan l-għan mill-ewwel ikkoperaw. Grazzi ħafna u prosit tassew!

Il-ħtieġa ta’ kotba u riżorsi ġodda wasslitna wkoll biex nagħmlu wiċċna u nitolbu l-għajnuna fejn rajna xaqq dawl u opportunitajiet ta’ għajnuna biex nilħqu l-mira tagħna, jiġifieri li ntejbu l-litteriżmu fil-Malti. Kien għalhekk li għamilna kuntatt mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, li għoġobhom jgħinuna b’riżorsi, kotba ta’ livelli varji u saħansitra kotba kbar.

Dawn ir-riżorsi kollha jinsabu fil-librerija u jalla jsir użu tajjeb minnhom ħalli l-għan tagħna jintlaħaq u l-ħidma tagħna lkoll flimkien tagħti l-frott mixtieq.

Ms Sonia Bezzina

Assistant Head


Willing to be part of TNS?

As a school with a BIG HEART, we always welcome new pupils and parents with a smile and a warm heart!
 

Learn More
X