Imeldina u l-Imbarazz

Nhar l-Erbgħa 27 ta’ April 2016, l-awtriċi Sandra Hili Vassallo żaret l-iskola tagħna u daħlet fil-klassijiet tal-Grade 2 sabiex taqralhom il-ktieb il-ġdid tagħha Imeldina u l-Imbarazz. Dan il-ktieb, ippubblikat mill-Merlin, hu s-sequel ta’Imeldina li kien ħareġ tliet snin ilu.

It-tfal ħadu gost jisimgħu l-istorja minn fomm l-awtriċi nnifisha u kif spiċċat kien hemm ħafna li staqsewha xi mistoqsijiet.

It-tfal xtaquha wkoll taqralhom l-ewwel ktieb tagħha u l-awtriċi kkuntentahom minnufih. Fl-aħħarnett Dr. Hili Vassallo iffirmatilhom il-ktieb il-ġdid tagħha u wiċċ kull tifel u tifla xegħel bil-ferħ hekk kif bdiet tistaqsihom wieħed wieħed x’jisimhom u tiktbilhom dedika kull wieħed.

Bla dubju din kienet esperjenza differenti li għenet lit-tfal ikomplu jkabbru fihom l-imħabba lejn il-qari. U min jaf, forsi ‘l quddiem għad ikollna awturi ġodda!

Ms Claire Xerri
Għalliema tal-Grade 2

Willing to be part of TNS?

As a school with a BIG HEART, we always welcome new pupils and parents with a smile and a warm heart!
 

Learn More
X